Uliedek jistħoqqilhom l-aħjar

Edukazzjoni fil-livell terzjarju biex il-futur ta’ wliedek ikun fis-sod

L-Onorevoli Ministru Bartolo waqt iċ-Ċerimonja tal-Gradwazzjoni 2018

L-opportunitajiet ta’ xogħol f’Malta mhux nieqsa, iżda hawn sitwazzjoni fejn setturi li jħallsu tajjeb ħafna, qed isibuha diffiċli li jsibu Maltin bil-ħiliet u l-kwalifiċi meħtieġa għal dawn l-impjiegi. Minflok qed jiġu impjegati ħaddiema barranin b’pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol fenomenali u li ftit huma l’Maltin li jistgħu jgawdu minnhom.

Saint Martin’s Institute of Higher Education, liċenzjat mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Ogħlja, joffri programmi ta’ studju li jwasslu lil uliedek għal degree fix-xjenza tal-kompjuters jew fl-oqsma speċjalizzati tal-kummerċ, bħall-finanzi, l-ekonomija, il-marketing u r-riżorsi umani. Dawn huma oqsma mfittxija ħafna minn kumpaniji Maltin u kif ukoll barranin li huma stabbiliti f’pajjiżna.

Wilbert u Andrea, żewg gradwati mill-Università ta’ Londra kienu studenti ta’ Saint Martin’s Institute tal-Blata l-Bajda; it-tnejn iggradwaw b’First Class Honours fil-Computing u llum għandhom pożizzjoni tajba ħafna fl-industrija tat-teknoloġija tal-informatika

Interessat/a? Agħfas hawn

L-edukazzjoni f’kull livell trid dedikazzjoni kemm mill-istudent li jrid jagħmel l-almu tiegħu biex jifhem u jirnexxi, kif ukoll mill-għalliema li jrid ikollhom il-vokazzjoni vera lejn l-iżvilupp edukattiv tat-tfal tiegħek. Ara x’kellu xi jgħid il-Ministru tal-Edukazzjoni fiċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni, nhar il-Ġimgħa, 31 t’Awwissu.

Il-Ministru Evarist Bartolo jirrikonoxxi li Saint Martin’s Institute of Higher Education joffri sistema tajba t’edukazzjoni billi jinkoraġġixxi lill-istudenti jistudjaw u jagħmlu sforz biex jitgħallmu. Huwa jgħid li llum il-ġurnata hawn it-tendenza li l-istudenti ma jkunux imġiegħla jaqtgħu bi snienhom biex ikunu minn ta’ quddiem. L-għalliema f’Saint Martin’s Institute, min-naħa l-oħra, jibqgħu jsusu wara l-istudenti biex jilħqu livelli għoljin ħafna.

L-istituzzjoni hija magħrufa għall-kwalità ta’ tagħlim li toffri, fejn mijiet ta’ studenti attendew u ggradwaw mill-Università ta’ Londra b’marki għoljin ħafna. Dawn ir-riżultati fissru persentaġġ għoli ta’ gradwati bi klassifikazzjonijiet ta’ First Class Honours — klassi li toffri opportunitajiet tal-ġenn kemm ta’ xogħol u kif ukoll ta’ studji fil-livell terzjarju. Ara x’kellu xi jgħid id-Deputy CEO tal-Università ta’ Londra dwar ir-riżultati ta’ din is-sena!

Is Sur Craig O’Callaghan, mill-Università ta’ Londra, iħabbar li din is-sena aktar minn nofs il-gradwati minn Saint Martin’s Institute of Higher Education irnexxielhom jiggradwaw b’First Class Honours — l-ogħla klassifikazzjoni possibbli. Ikompli jgħid li qatt ħadd ma rnexxielu jġib dan it-tip ta’ riżultati madwar id-dinja!

Interessat/a? Agħfas hawn

Il-Gvern jassisti biex jitħallsu l-miżati

L-iskema GetQualified toffri sa 70% tal-ispejjeż lura mit-taxxi tal-ġenitur

Il-Gvern Malti, permezz tal-iskema GetQualified, qed joffri lill-ġenituri ħlas lura ta’ taxxa sa €3,500 (tlett elef u ħames mitt ewro) għal studju f’Livell 5 (diploma), kif ukoll €12,500 (tnax-il elf u ħames mitt ewro) għal studju fil-Livell 6 (degree). Dan qed isir sabiex jittaffew l-ispejjeż minn fuq il-familja li tirreġistra lill-wild fis-Saint Martin’s Institute of Higher Education.

Jekk trid tkun taf aktar dwar din l-iskema, agħfas hawn

L-Institute nnifsu, flimkien mal-Bank of Valletta, qed joffri skema fejn il-ġenituri jħallsu biss €100 (mitt Ewro) fix-xahar għal ħames snin flimkien mat-taxxa mħallsa lura mill-Gvern.

Spjegazzjoni sħiħa ta’ din l-iskema ssibha hawn

Interessat/a? Agħfas hawn

Il-Gvern jagħti wkoll l-istipendju lil uliedek

Stipendju u grant biex uliedek jiġu megħjuna

Studenti li jistudjaw il-kummerċ jingħataw €4,230 f’għajnuniet filwaqt li dawk li jistudjaw it-teknoloġija jingħataw €7,690 matul it-tliet snin ta’ studju

Interessat/a? Agħfas hawn

L-ewwel pass

Ma fadalx wisq żmien

Il-gradwati jiċċelebraw fil-gradwazzjoni mal-Ministru tal-Edukazzjoni l-Onorevoli Evarist Bartolo MP

Jekk trid li wliedek ikollhom posthom f’dan ir-ritratt nhar it-30 t’Awwissu tas-sena d-dieħla, ċemplilna fuq 2123 5451 jew ibgħat email fuq infodesk@stmartins.edu biex niltaqgħu mingħajr dewmien għall-futur ta’ wliedek.

Immaġina lil uliedek ma’ dawn iż-żgħażagħ kuntenti b’dak li kisbu!

Ftit mill-gradwati ta’ din is-sena fid-Diploma ta’ Livell 5. Minn din is-sena, dawn l-istudenti se jkomplu fid-degree f’Livell 6 tal-Università ta’ Londra!
Il-Ministru Evarist Bartolo jitkellem dwar kif dejjem jieħu gost jiltaqa’ ma’ studenti minn Saint Martin’s Institute fl-attivitajiet taż-żgħażagħ!

Interessat/a? Agħfas hawn

Saint Martin’s Institute of Higher Education is licensed by the NCFHE with license #196 ○ Address: Saint Martin’s Institute of Higher Education, Foundation Building, Schembri Street, Hamrun HMR 1541 ○ Phone: +356 2123 5451 ○ eMail: infodesk@stmartins.edu

--

--

Saint Martin's Institute of Higher Education
Saint Martin's Institute of Higher Education

Written by Saint Martin's Institute of Higher Education

@stmartinsedu Maltese a licensed (№196) private, tertiary-level institution, offering University of London qualifications. #StartMyInspiration

No responses yet