Il-Paga Pjaga?
Ipprepara ruhek biex tibqa’ fuq quddiem, mhux tiġri wara l-ħajja!
Ix-xogħol ma naqasx f’Malta. F’dawn l-aħħar tmien snin, inħolqu kważi sebgħin elf post tax-xogħol ġdid f’Malta. Peress li l-pajjiż huwa membru tal-Unjoni Ewropeja, ħaddiema Ewropej għandhom dritt li jemigraw biex jaħdmu f’pajjiżna. Iżda dan xorta ma kienx biżżejjed b’kwantita’ ta ħaddiema minn pajjiżi ħafna aktar il-bogħod, bħal Indja, Nepal, Pakistan u l-Bangladesh, u ħafna oħra Ewropej li alavolja mhumiex membri tal Unjoni Ewropeja, isibu refuġju f’pajjizna, ix-xogħol li jgħinhom jgħixu, u ħafna drabi jgħinu wkoll lill-qrabathom f’pajjiżhom.
Iżda dan is-suċċess ekonomiku joħloq pressjoni fuq il-ħajja ta’ kuljum, b’mod speċjali dawk li m’ghandhomx kwalifika jew sengħa. Ir-rejalta’ tibqa’ li għal dan is-settur hemm kompetizzjoni qawwija minn ħaddiema barranin, li anke il-paga minima Maltija tfisser sena jew aktar dħul f’pajjiżhom.
Il-ħaddiem Malti, jekk irid jinqala’ mill-qiegħ, irid juri li għandu abilitajiet speċjali, abilitajiet li jistgħu jissarfu f’apprezzament minn min iħaddem u b’hekk tiżdied il-produttivita tal-ażjenda li b’hekk tkun tista’ taqla’ iktar fi dħul, li parti minn dan jiġi mqassam lill-ħaddiema. Per eżempju, m’hijiex sorpriża li l-ħaddiema fl-industrija tal-karozzi Germaniżi, huma fost l-għola mħallsin fl-Ewropa. Ovvja, meta ssir taf li l-industrija tal-karozzi Germaniżi hija minn ta’ fuq nett fl-esportazzjoni tal-prodotti li tipproduċi.
Fil-waqt li l-Gvern ħoloq l-ambjent biex jinħoloq ix-xogħol, ir-responsabilita’ biex tiżdied il-produttivita’ hija tal-imprenditur kif ukoll tal-ħaddiem. Dan jista’ jseħħ biss jekk il-ħaddiema jkollhom għarfien tal-proċess maniġerjali biex l-ażjenda tikber u tissaħħaħ, speċjalment fl-esportazzjoni.
Interessat tkun taf aktar? [għafas hawn]
Il-Gvern Malti jemmen fil-bżonn ta’ ħaddiema kwalifikati.
Tant li, l-gvern Malti joffri skemi biex ħaddiema li jixtiequ jistudjaw, jistgħu jgħamlu dan mingħajr l-inkubu ta’ ħlasijiet għoljin. Permess ta skema ta self bla imgħax, bl-isem StudiesPlus+, il-ħaddiem jistudja għall kwalifikazzjoni li jixtieq mingħajr ħlas. Barra min din l-iskema, l-iskema GetQualified toffri lill-ħaddiem biex jħallas għall-kwalifika tiegħu mit-taxxa li jkun qed iħallas mill-impjieg tiegħu. Dawn l-iskemi japplikaw ukoll jekk ġenitur iħallas il-miżati għall-uliedu.
Toqgħodx lura. Kull skuża li ġġib biex tibda qed iżżommok milli timxi l-quddiem. tillarga.
Is- Saint Martin’s Institute joffrilek l-opportunita’ biex tibda programm ta’ studju fil-qasam maniġerjali (Business), jew fit-teknoloġija tal-informatika (Computing). Barra korsijiet għall-studenti żagħżagħ bħala studenti full-time, dawk l-individwi diġa fl-impjieg jistgħu jistudjaw filgħaxija, wara x-xogħol. Dawn il-korsijiet huma akkreditati mill-Awtorita’ tal-Edukazzjoni Vokazzjonali u Għolja ta’ Malta.
Ikkomunika magħna issa biex nitkellmu dwar l-opportunitajiet għalik.
Ikkomunika issa biex nitkellmu dwar l-opportunitajiet għalik.
Telefonata bin-numru +356 21235451 tmur fin-nofs, jew ibgħad email fuq infodesk@stmartins.edu jew fuq Facebook biex niltaqgħu ha nifhem ahjar il-htiġijiet għal karriera tiegħek. Informazzjoni dettaljata tinstab fuq is-sit elettroniku (website) https://www.stmartins.edu